Lesti ruħek biex tingħaqad magħna fil- ‘walking trail’ fil-Wied ta’ Għajn Riħana!
Dan l-avveniment huwa perfett għal kull età. Kemm jekk diġà mort ‘walking trails’ qabel jew jekk din hi l-ewwel darba tiegħek, kulħadd hu mistieden biex jingħaqad magħna!
Post: Wied Għajn Riħana
Livell ta’ diffikultà: Faċli – perfett għat-tfal u għal min se jimxi fuq mogħdija għall-ewwel darba.
Registration is required by no later than 10.11.2025 – Agħafas hawn biex tirreġistra.
Titlifx dan iċ-ċans biex tkun parti minn din l-attività edukattiva, fejn tista’ titgħallem dwar l-ispeċijiet invażivi u għaliex huwa importanti li jitneħħew, kif ukoll dwar l-ispeċijiet riparji u l-impatt tagħhom fuq l-ekosistema tal-wied.