Misraħ is-Sebgħa ta’ Ġunju 1919 fil-Ħamrun, irriġenera spazju aħdar f’żona urbana għall-użu tal-komunità. Il-proġett ta’ €1.5 miljuni, iffinanzjat min-National Development and Social Fund (NDSF) u mmexxi minn GreenServ, trasformaw dan l-ispazju filwaqt li żammu l-parkeġġ. F’dan il-proġett intuża materjal sostenibbli bħal aluminju riċiklat u injam miġbur b’mod sostenibbli, li ntużaw għal bankijiet, u ġew installati pannelli biex jiġġeneraw l-elettriku għad-dawl tal-ġnien u għal USB charging points għall-iċċarġjar tal-mobiles u apparat eletroniku ieħor. Ġie rranġat il-ġibjun tal-ilma li minnu jissaqqa dan il-ġnien.