Skopri l-gżejjer lil hinn mill-bajjiet. Imxi fuq l-irdum, il-widien u mogħdijiet kostali bil-pass tiegħek.

Skopri l-mogħdijiet permezz tal-web app Malta Waling Trails. Esplora diversi rotot madwar Malta, agħżel mogħdija li taqbel mal-livell tiegħek, u segwi mapep interattivi li jiggwidawk tul il-mixja kollha tiegħek. Fittex il-mixjiet disponibbli biex issib l-iktar waħda li tinteressak.

Il-Proġett tal-Malta Walking Trails, imniedi minn Ambjent Malta jistiednek tiskopri l-Gżejjer Maltin bil-mixi. Esplora sittax-il rotta unika li jkopru 297 km ta’ mogħdijiet li jgħaddu minn irdumijiet mill-isbaħ, widien kwieti, fortifikazzjonijiet storiċi u pajsaġġi naturali protetti. Dawn huma ddisinjati għal kulħadd; għal dawk li jimxu b’mod rilassat u għal dawk li jħobbu l-mixi fit-tul. B’dan il-mod il-proġett jagħmilha aktar faċli biex tesperjenza l-kampanja Maltija, tingħaqad man-natura u tiskopri l-wirt rurali tal-gżejjer bil-mod il-mod.

Spazji naturali ta' rekreazzjoni

the Parks in Malta App

Install
×
PWA Add to Home Icon

To install the app on your iPhone, tap the three dots (...), select PWA Add to Home Banner Share, then tap Add to Home Screen.

×
Skip to content 0