Ġnien il-Vittmi 10 t’Ottubru 1942 huwa spazju miftuħ li jinsab fit-Triq Il-Kbira fis-Sannat, ġewwa Għawdex, huwa park uniku ta’ jagħqad in-natura mal-istorja. Dan l-ispazju pubbliku f’Għawdex huwa mgħammar bid-dawl, pjanti, u bankijiet, li joħolqu ambjent komdu għal kulħadd, kemm għal-komunità, kif ukoll għall-viżitaturi. Dan l-ispazju miftuħ jikkommemora l-memorja ta’ 18-il persuna li tilfet ħajjitha fl-10 t’Ottubru 1942 matul it-Tieni Gwerra Dinjija.