Il-Park ta’ San Klement

Picnic areas, play equipment, olive trees, a Greek theatre, and accessible spaces: San Klement Park has it all!

Faċilitajiet

  • Bandli
  • Faċilitajiet għal Pikniks
  • Gym fl-Apert
  • Mogħdijiet għall-Mixi u l-Ġiri
  • Passaġġi Aċċessibbli
  • Tagħmir għall-Eżerċizzju
  • Tajjeb għall-Avvenimenti
  • Toilets

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Miżmum minn

Ħinijet ta’ Ftuħ

Park is open daily from6:30 am - 9:30 pm

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.

 

  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.

 

  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.

 

  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.

 

  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Il-Park ta’ San Klement kien wieħed mill-ewwel parks li ġew inawgurati minn Parks Malta fl-2020. L-isem ta’ dan il-park ingħata proprju minħabba l-Iswar ta’ San Klement li jinsab biswit il-park u li huwa wieħed minn ħamest iswar madwar il-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar. Il-Park ta’ San Klement huwa fost l-akbar spazji miftuħa naturali li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ Malta b’erbgħin tomna t’art. Dan kien proġett ta’ riġenerazzjoni, fejn żona abbandunata ġiet trasformata f’park naturali, b’intervenzjonijet minimi biex jinżamm fl-istat naturali tiegħu. Il-Park ta’ San Klement għandu diversi partijiet li huma addatati għall-pikniks, kif ukoll għal attivitajiet rikreattivi oħra qalb numru kbir ta’ siġar taż-żebbuġ. It-tfal jistgħu jgawdu minn spazju għal-logħob. Il-park saħansitra fih anfiteatru li hu ideali għal taħditiet u attivitajiet ta’ divertiment.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijet ta’ Ftuħ Fis-Sajf

Park is open daily from6:30 am - 9:30 pm

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.

 

  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.

 

  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.

 

  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.

 

  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.
Skip to content