Ġnien il-Madonna tal-Vitorja

Spazju miftuħ ta’ 2,250 metru kwadru li nbidel minn żona miksija bit-tarmak għal ġnien aċċessibbli u mħaddar fil-qalba ta’ żona residenzjali.

Faċilitajiet

  • Bankijiet
  • Passaġġi Aċċessibbli

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-park huwa miftuħ il-ġurnata kollha

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Ġie inawgurat Ġnien il-Madonna tal-Vitorja f’Pembroke, spazju miftuħ ta’ 2,250 metru kwadru li nbidel minn żona miksija bit-tarmak għal ġnien aċċessibbli u mħaddar fil-qalba ta’ żona residenzjali. Fil-ġnien saru diversi interventi biex l-ispazju jkun aktar sigur, aċċessibbli u funzjonali. Dawn jinkludu pavimentar ġdid, l-użu ta’ ġibjun eżistenti għat-tisqija tas-siġar u l-arbuxxelli, l-installazzjoni ta’ bankijiet, ċnut u sistema ta’ dawl solari, kif ukoll il-ħolqien ta’ passaġġi ġodda. . Tneħħew pjanti invażivi, filwaqt li l-ħamrija eżistenti fis-sit ġiet skavata b’mod temporanju u reġgħet intużat fl-istess proġett. Saru wkoll xogħlijiet strutturali, fosthom il-bini ta’ ħitan bl-użu ta’ blokok tal-ġebel riċiklat u xogħol ta’ surface compaction. . Tneħħew pjanti invażivi, filwaqt li l-ħamrija eżistenti fis-sit ġiet skavata b’mod temporanju u reġgħet intużat fl-istess proġett. Saru wkoll xogħlijiet strutturali, fosthom il-bini ta’ ħitan bl-użu ta’ blokok tal-ġebel riċiklat u xogħol ta’ surface compaction.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-park huwa miftuħ il-ġurnata kollha

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.
Skip to content