Park tal-Mitħna

Minn barriera għall-Park tal-Mitħna, spazju miftuħ għal kulħadd

Faċilitajiet

  • Aċċessibbli għar-roti
  • Bandli
  • Bankijiet
  • Faċilitajiet għal Pikniks
  • Iċċarġjar bil-USB
  • Park għall-Klieb
  • Passaġġi Aċċessibbli
  • Toilets

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-park huwa miftuħ kuljum minn6:30 am - 6:00 pm

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Il-Park tal-Mitħna ta ħajja ġdida lil żona li għal snin twal serviet bħala barriera u maż-żmien inġemgħu madwar 20,000 metru kubu ta’ skart tal-kostruzzjoni. Din iż-żona issa ġiet trasformata f’park ta’ 7,000 metru kwadru għat-tgawdija ta’ kulħadd b’żona apposta għall-klieb. Il-Park tal-Mitħna ġie ddisinjat b’tali mod li dawk li jżuruh, fosthom it-tfal, iħossuhom f’ambjent sigur u eqreb tan-natura. Il-park jinkludi wkoll ‘bug and bee hotel’, mejda tal-ping pong, żoni naturali għal-logħob tat-tfal u korsiji għar-roti, kif ukoll faċilitajiet sanitarji. Iż-żona għall-klieb, hija maqsuma fi tnejn biex tissepara klieb żgħar minn dawk ikbar, fejn jistgħu jiġru u jilagħbu f’ambjent sigur u addattat għalihom.Dawn il-faċilitajiet joffru lill-familji diversi modi kif iqattgħu ħin flimkien fil-beraħ, kemm permezz tal-logħob u attività fiżika, kif ukoll spazju ta’ mistrieħ.

L-interventi ambjentali kienu parti ewlenija mit-trasformazzjoni tas-sit. Minflok it-terrapien li kien hemm qabel, tħawlu 300 siġra u aktar minn 3,200 arbuxxell. Inbena wkoll ġibjun biex jilqa’ l-ilma tax-xita, li mbagħad jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-Park.

Parks fil-qrib

0