Ġnien taż-Żebbuġ

Art ta’ 25,000 metru kwadru f’Ħal Għaxaq riġenerata u trasformata f’żona għall-picnics

Faċilitajiet

  • Aċċessibbli għar-roti
  • Bankijiet
  • Faċilitajiet għal Pikniks
  • Mogħdijiet għall-Mixi u l-Ġiri
  • Passaġġi Aċċessibbli
  • Toilets

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-park huwa miftuħ kuljum minn9:00 am - 7:00 pm

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Fi Ġnien taż-Żebbuġ sar xogħol ta’ riġenerazzjoni fuq art ta’ madwar 25,000 metru kwadru fi Triq l-Andar, f’Ħal Għaxaq. Żona li għal diversi snin kienet abbandunata llum ingħatat ħajja ġdida u ġiet trasformata f’żona għall-picnics. B’investiment ta’ aktar minn miljun ewro, dan l-ispazju jinkludi ġibjun ta’ madwar 60 metru kubu li se jiġbor l-ilma tax-xita, li se jintuża għat-tisqija tal-istess spazju, kif ukoll il-bini ta’ faċilitajiet pubbliċi. Inbnew ukoll ħitan tas-sejjieħ mal-konfini tal-ispazju, filwaqt li ġew installati gradi fejn meħtieġ. Għal aktar sigurtà, ġiet installata wkoll sistema ta’ CCTV.Bħala parti mix-xogħol li sar ġew installati bankijiet u mwejjed għall-pikniks, żona għall-parkeġġ tar-roti, filwaqt li għat-tfal saru bankijiet adattati, kif ukoll logħob interattiv. Ġie installat tagħmir li jinkoraġġixxi logħob attiv qalb in-natura, filwaqt li jgħin fl-iżvilupp tal-bilanċ u l-koordinazzjoni tat-tfal u jrawwem sens ta’ avventura u esplorazzjoni. Matul il-fażijiet kollha tax-xogħlijiet, inżammu u ġew protetti għadd kbir ta’ siġar eżistenti, fosthom aktar minn 500 siġra taż-żebbuġ. Dan in-numru kompla jiżdied bit-tħawwil ta’ madwar 150 siġra u 440 arbuxxell oħra, li, minbarra li joffru dell lil dawk li jżuru dan il-park, ikomplu jsaħħu l-bijodiversità.

Parks fil-qrib

0