Il-bandli ta’Ħal Safi ingħata lura l-ħajja permezz ta’ proġett ta’ riġenerazzjoni biex jiġi modernizzat u jkun sigur għal dawk kollha li jżuruh. Dan il-bandli ġie inawgurat fl-26 ta’ Ottubru 2018 u sar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi permezz ta’ fondi mill-Fond tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar u fondi addizzjonali minn Malta Industrial Parks u Malta Enterprise. Dan il-ġnien huwa mgħammar b’outdoor gym u għandu faċilitajiet aċċessibbli għal tfal bl-awtiżmu u diżabilità.