Il-Ġnien Kenn is-Salvatur ġie inawgurat fit-28 ta’ Mejju 2024. Dan huwa spazju b’diversi logħob għat-tfal fejn jistgħu jqattgħu ħin ta’ rikreazzjoni. F’dan il-ġnien hemm ukoll xi bankijiet fejn wieħed jista’ jistrieħ mir-rutina ta’ kuljum. Apparti logħob tat-tfal, hemm ukoll ġnien b’pjanti indiġeni Maltin. Dan jinsab eżatt ħdejn il-Knisja tal-Għasri.