Il-Belvedere ta’ Sant’Eliju huwa post żgħir li joffri veduti tal-Bajja tax-Xatt l-Aħmar u l-Forti Chambray. Matul il-jum wieħed jista’ japprezza xeni sbieħ li jestendu minn Fort Chambray sat-Torri tal-Imġarr ix-Xini. Iżda hekk kif tinżel ix-xemx, u jkun temp bnazzi u ċar, din iż-żona hija perfetta biex tosserva l-istilel matul il-lejl. F’dan il-belvedere wieħed issib outdoor gym, b’hekk wieħed jista’ jagħmel eżerċizzju filwaqt li jammira l-veduta.