Riserva Naturali tas-Simar

Żona ta’ madwar 4,000 metru kwadru, ingħatat il-ħajja hekk kif ġiet trasformata fi spazju sigur, aċċessibbli u sostenibbli li jipproteġi n-natura.

Faċilitajiet

  • Bankijiet
  • Toilets

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Miżmum minn

Ħinijet ta’ Ftuħ

Park is open daily from8:00 am - 5:00 pm

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Żona ta’ madwar 4,000 metru kwadru, li għal snin twal kienet mitluqa u affettwata minn skart illegali, issa nbidlet kompletament.Permezz ta’ dan il-proġett ġiet irranġata ż-żona b’mod li jirrispetta l-ambjent kif ukoll iħares is-sigurtà u jassigura l-aqwa esperjenza għan-nies li jżuruha. L-interventi komplew iżidu wkoll il-valur tar-riserva naturali li hemm fil-qrib, parti min-Natura 2000. L-interventi taw prijorità lis-sigurtà, l-aċċessibilità u s-sostenibbiltà ta’ dan il-post. Mil-lat ta’ sigurtà, ġew installati sistemi ta’ CCTV, saru l-ħitan, bibien u ċnut biex jiġi evitat aktar tfigħ ta’ skart illegali u dħul bla permess. Ix-xogħol fuq il-passaġġ sar b’mod li jirrispetta l-valur ekoloġiku taż-żona. Tħawlu pjanti indiġeni addattati għall-ekosistema ta’ din ir-riserva u ġiet implimentata sistema sostenibbli għat-tisqija. Tpoġġiet għamara magħmula minn materjal riċiklat, bankijiet tal-piknik, siġġijiet, u bins għar-riċiklaġġ. Skont ir-regoli tan-Natura 2000 u minħabba s-sensittività tal-bijodiversità tas-sit, ma ġiex installat dawl.

Madwar il-park ġew installati wkoll pannelli edukattivi u informattivi li jispjegaw ir-regoli tas-sit, mappa ġenerali bit-trails u punti importanti, l-istorja kulturali u ekoloġika, messaġġi dwar il-protezzjoni tal-annimali, informazzjoni dwar l-abitat u spjegazzjonijiet dwar speċi protetti taħt direttivi tal-UE.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijet ta’ Ftuħ Fis-Sajf

Park is open daily from8:00 am - 5:00 pm

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.
Skip to content