Ġnien Toni Vella, li jinsab fil-qalba tan-Naxxar, joffri spazju għal logħob u attivitajiet fiżiċi. Dan il-ġnien jinkludi bandli li jinkoraġġixxi lit-tfal biex jesploraw, jissoċjalizzaw, u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Dan il-ġnien huwa wieħed ikkulurit, biex ikompli jinkoraġġixxi lit-tfal biex igawdu dan l-ispazju anke permezz ta’ eżerċizzju fiżiku, filwaqt li jkunu f’ambjent sigur u addattat għal kull età.