Ġnien it-Tbissim

Sit ta’ madwar 5,500 metru kwadru fi Triq il-Kosta, li qabel kien mitluq, inbidel fi Ġnien it-Tbissim, spazju miftuħ maħsub b’mod partikolari għall-familji u t-tfal.

Faċilitajiet

  • Apparat tal-logħob
  • Bandli
  • Bandli Aċċessibbli
  • Bankijiet
  • Faċilitajiet għal Pikniks
  • Passaġġi Aċċessibbli
  • Toilets

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-park huwa miftuħ kuljum minn7:00 am - 8:00 pm

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Fost l-attrazzjonijiet ewlenin għat-tfal hemm vapur kbir tal-pirati kif ukoll diversi tipi ta’ logħob inklussiv għal etajiet differenti, fosthom zipline, trampoline u climbing logs. L-ispazju jagħti lit-tfal aktar opportunitajiet biex jilagħbu u jkunu attivi.

Ix-xogħlijiet inkludew il-bini ta’ ġibjun b’kapaċità ta’ madwar 540 metru kubu, pavimentar bil-ġebel naturali, faċilitajiet sanitarji u tagħmir modern għal-logħob. Ġew installati wkoll kameras tas-sigurtà madwar is-sit. Il-ġnien se jkollu madwar 500 siġra b’kollox, fosthom 200 siġra ġdida li tħawlu bħala parti mill-proġett biex jissaħħaħ l-ambjent naturali tas-sit u l-bijodiversità lokali. Meta s-siġar u l-veġetazzjoni jilħqu l-maturità tagħhom, huwa stmat li madwar 57% tas-sit, jew 3,135 metru kwadru, ikun kopert b’dell naturali.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-park huwa miftuħ kuljum minn7:00 am - 8:00 pm

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

the Parks in Malta App

Install
×
PWA Add to Home Icon

To install the app on your iPhone, tap the three dots (...), select PWA Add to Home Banner Share, then tap Add to Home Screen.

×
Skip to content 0