Il-gwida tiegħek għall-parks, ġonna u spazji miftuħa f’Malta

Parks in Malta temmen li kulħadd jistħoqqlu jkollu aċċess għal spazji ħodor. Kemm jekk qed tippjana xi mixja rilassanti, piknik mal-familja fi tmiem il- ġimgħa, eżerċizzju fiżiku fil-beraħ, jew avventura fin-natura, dan is-sit se joffrilek spazju miftuħ ideali skont dak li tixtieq.
#ParksInMalta – għax l-ispazji ħodor huma ta’ kulħadd.

Għaliex għandek iżżur il-parks tagħna?

Erġa' agħmel kuntatt man-natura

Ieqaf ftit mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum u skopri dawn l-ispazji ħodor f’ Malta —
minn ġonna mimlijin siġar sa mogħdijiet kostali tajbin għall-mixi. Spazji mmirati
biex int tgawdi ftit ħin qalb in-natura u li permezz tagħhom tista’ wkoll tiskopri
talenti ġodda bħall-fotografija.

Divertiment adattat għall-familja

Il-parks tagħna joffru divertiment għalik u għall-familja kollha. Minn bandli
siguri għal tfal żgħar sa żoni spazjużi għall-pikniks b’mogħdijiet aċċessibbli,
żgur li għandek issib post addattat għal kull età.

Parks għall-annimali domestiċi

Qed tfittex parks tal-klieb f’Malta? Ħafna mill-ispazji ħodor tagħna jinkludu
parks iddedikati għall-klieb, sabiex il-ħbieb tagħna ikunu jistgħu jgawdu n-
natura huma wkoll.

Aċċessibbli għal kulħadd

L-inklussività hija prijorità għall-Aġenzija Project Green. Dan is-sit joffrilek il-
faċilità li tfittex parks b’mogħdijiet u faċilitajiet aċċessibbli għas-siġġu tar-roti
sabiex kulħadd iħossu milqugħ.

Spazji ta' Attivita Fiżika Fil-Beraħ

Ibqa’ attiv permezz ta’ gyms fil-beraħ u mogħdijiet għall-mixi— ideali għall-
eżerċizzji ta’ kuljum u attivitajiet fiżiċi fi gruppi li jtejbu l-benesseri.

Esplora l-ispazji ħodor f’Malta

Minn ġonna fl-irħula sa parks fil-qalba tal-ibliet, kull spazju aħdar f’Malta
jirrakkonta l-istorja tiegħu. Uża l-mappa interattiva fuq il-Paġna Ewlenija tagħna biex tesplora l-post
ideali għalik skont preferenzi ta’ lokalità, interess, jew aċċessibilità. Kemm jekk
tkun f’Malta jew Għawdex, qatt m’inti ‘il bogħod min-natura. Tinsiex taqsam il-
mumenti favoriti tiegħek magħna billi tuża l-hashtag #ParksInMalta
moments!
Kemm jekk hu ritratt ta’ ġnien, eżerċizzju fiżiku fil-beraħ jew
mument għall-kwiet fin-natura – aqsam il-memorji tiegħek biex tinspira lill-
oħrajn joħorġu jgawdu l-ispazji ħodor huma wkoll.

Ippjana ż-żjara tiegħek

Lest biex tiskopri l-post favorit tiegħek?

Iċċekkja l-lista ta’ parks u ppjana ż-żjara tiegħek qalb in-natura. Kemm jekk inti residenti lokali jew qed iżżur Malta, il-parks tagħna huma miftuħa għal kulħadd matul is-sena kollha.

Enjoy green recreational spaces

Skip to content