Buġibba Waterpark

Il-Ħamis, 16 ta’ Lulju 2026 – L-Erbgħa, 30 ta’ Settembru 2026

09:00 – 20:00

Minn sentejn sa tnax-il sena

Buġibba Waterpark reġa miftuħ għas-Sajf!

Trid tevita s-sħana fix-xhur tas-Sajf ? Żur il-Buġibba Waterpark mat-tfal, hekk kif issa huwa miftuħ sal-aħħar ta’ Settembru.

Il-Waterpark huwa miftuħ għal tfal bejn sentejn u tnax-il sena, b’żoni differenti għal logħob skond l-età biex b’hekk kulħadd ikun jista’ jgawdi dan l-ispazju b’mod sigur.

Il-ħinijiet ta’ ftuħ huma bejn it-Tnejn u l-Ħadd mid-9 ta’ filgħodu sat-8 ta’ filgħaxija.

Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis, bejn il- 5 u t-8 ta’ filgħaxija, il-Waterpark huwa miftuħ esklussivament għal tfal bl-awtiżmu.

Ejja u gawdi s-sajf fil-Buġibba Waterpark.

Skip to content