Bugibba WaterPark

Il-Park tal-Ilma f’Buġibba joffri spazju ta’ 800 metru kwadru b’logħob tal-ilma għat-tfal

Faċilitajiet

  • Bandli
  • Mogħdijiet għall-Mixi u l-Ġiri
  • Toilets
  • Wi-Fi

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Regoli tal-Park

  • Mhuwiex permess it-tipjip
  • Mhuwiex permess l-użu ta’ scooters, skateboards u roti.
  • Attenzjoni: Din iż-żona tal-park tinsab taħt sorveljanza CCTV.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Buġibba Water Park, li jinsab fil-qalba ta’ Buġibba,joffri spazju ta’ 800 metru kwadru b’diversi attrazzjonijiet tal-ilma għat-tfal, fosthom ċrieki tal-ilma, umbrelel u kanuni tal-ilma. Il-park jista’ jilqa’ sa 50 tifel u tifla fl-istess ħin.
Il-park huwa maqsum fi tliet żoni kkuluriti, skont it-tul tat-tfal, sabiex kull età tkun tista’ tgawdi l-faċilitajiet b’mod sigur. Is-sessjonijiet idumu 20 minuta u jsiru bejn id-9:00 ta’ filgħodu u t-8:00 ta’ filgħaxija.

Biex tiġi assigurata l-indafa u s-sigurtà tal-ilma, dan jiġi ttrattat permezz ta’ sterilizzazzjoni b’raġġi UV u klorin. Il-faċilità tinkludi wkoll kmamar b’lockers, faċilitajiet sanitarji u superviżjoni kontinwa.

Id-dħul huwa bla ħlas, iżda t-tfal iridu jkunu akkumpanjati mill-ġenituri jew minn adult responsabbli. Tul il-perimetru tal-park hemm siġar tat-Tamarisk, li joffru ambjent aktar pjaċevoli u naturali.

Mhux permess li jiddaħħlu ikel jew xorb minn barra, bl-eċċezzjoni ta’ ilma fi fliexken. Il-park jopera fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Dan il-park huwa miftuħ għal matul l-istaġun tas-sajf (Lulju sa Settembru), b’ħinijiet esklussivi kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn il-5:00pm u t-8:00pm għal tfal fuq bl-awtiżmu jew b’ADHD (Attention Deficit Hyperactivity Disorder).

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Regoli tal-Park

  • Mhuwiex permess it-tipjip
  • Mhuwiex permess l-użu ta’ scooters, skateboards u roti.
  • Attenzjoni: Din iż-żona tal-park tinsab taħt sorveljanza CCTV.
Skip to content