Il-ġnien, li jinsab fiċ-ċentru tar-Rabat, ikopri 1,100 metru kwadru. Ix-xogħlijiet ta’ restawr kien jinkludi bdil tal-madum u t-tiswija ta’ ġiebja biex b’hekk ikun hemm sistema t’irrigazzjoni awtomatika u konsistenti għall-pjanti u s-siġar. Is-sistema ta’ dawl ġdida hija maħsuba biex tnaqqas t-tniġġis tad-dawl. Barra minn hekk, il-poġġamani u l-bieb tal-entratura inżebgħu , u l-ħitan tal-ġnien ġew restawrati kompletament.