Il-Park Naturali tal-Majjistral

Skopri l-Park Naturali tal-Majjistral. L-irdum naturali mal-kosta, l-elementi storiċi, u l-pajsaġġi diversi u mhux mittiefsa joħolqu l-ħarġa perfetta għal min iħobb xi mixja fin-natura u għad-dilettanti tal-istorja.

Faċilitajiet

  • Faċilitajiet għall-Ikkampjar
  • Mogħdijiet għall-Mixi u l-Ġiri
  • Veduti

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Miżmum minn

Ħinijet ta’ Ftuħ

Il-park huwa miftuħ il-ġurnata kollha

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.

 

  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.

 

  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.

 

  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.

 

  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Il-Park Naturali tal-Majjistral huwa mifrux miż-żona kostali mill-Mixquqa (Golden Bay) sal-Prajjet (Anchor Bay). Iddikjarat Park Nazzjonali fl-2007, fih storja rikka li tinkludi oqbra antiki, siti militari, u elementi tal-wirt storiku rurali Malti. Il-park huwa d-dar naturali ta’ speċi importanti, b’mgħodijiet ideali għall-osservazzjoni tal-għasafar u l-esplorazzjoni tal-flora Mediterranja. Dan l-ispazju mifrux huwa perfett għal min iħobb iqatta’ ħin jimxi fin-natura u għad-dilettanti tal-istorja.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijet ta’ Ftuħ

Il-park huwa miftuħ il-ġurnata kollha

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.

 

  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.

 

  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.

 

  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.

 

  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.
Skip to content