Qortin

Il-Qortin, li qabel kienet miżbla f’Għawdex, issa hija spazju aħdar ta’ 50,000m² b’veduti mill-isbaħ tar-Ramla l-Ħamra. Dan is-sit huwa xhieda tal-qawwa tat-trasformazzjoni ambjentali.

Faċilitajiet

  • Aċċessibbli għar-roti
  • Gym fl-Apert
  • Mogħdijiet għall-Mixi u l-Ġiri
  • Passaġġi Aċċessibbli
  • Veduti

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Miżmum minn

Ħinijet ta’ Ftuħ

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.

 

  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.

 

  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.

 

  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.

 

  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Qortin f’Għawdex, li bejn l-1968 u l-2004 kienet tintuża bħala miżbla, ġiet trasformata fi spazju pubbliku għat-tgawdija ta’ kulħadd. B’kobor ta’ 50,000m², dan is-sit kien fih 0.6 miljun tunnellata ta’ skart. Grazzi għax-xogħol li sar, il-miżbla ngħalqet u ġiet msaqqfa, tħawlu madwar 23,000 arbuxell, inbena ġibjun biex l-ilma tax-xita jintuża għat-tisqija, u ġew installati poġġamani, gradi, u ċnut għas-sigurtà. Issa dan huwa post mill-isbaħ li minnu tista’ tgawdi veduti sbieħ tar-Ramla l-Ħamra.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijet ta’ Ftuħ

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.

 

  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.

 

  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.

 

  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.

 

  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.
Skip to content