Dan l-ispazju miftuħ huwa l-ewwel wieħed ta’ din ix-xorta f’Ħad-Dingli. Din iż-żona tinkludi spazju edukattiv b’siġar Maltin bil-għan li wieħed isir jaf aħjar dawn l-ispeċi. L-ispazju jinkludi wkoll outdoor gym aċċessibbli għal kulħadd, kif ukoll Reverse Vending Machine li għar-riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik u tal-ħġieġ bil-għan li jitnaqqas l-iskart.