Ġnien il-Larinġ

Żona ta’ madwar 750 metru kwadru li kienet skedata għall-bini f’Ħal Lija, issa ġiet trasformata fi Ġnien il-Larinġ, spazju miftuħ flok bini.

Faċilitajiet

  • Bankijiet
  • Passaġġi Aċċessibbli
  • Toilets

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-park huwa miftuħ il-ġurnata kollha

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Ġnien il-Larinġ, żona ta’ madwar 750 metru kwadru f’Ħal Lija li skedata għal bini ġiet trasformata fi spazju miftuħ li
jinsab 10 minuti mixi ’l bogħod minn madwar 1,264 resident li jgħixu fil-madwar. F’dan is-sit tneħħew madwar ħmistax-il tunnellata ta’ skart sabiex ikun jista’ jiġi mfassal dan il-proġett. Ġew ukoll introdotti passaġġi ġodda aċċessibbli għal kulħadd, inkluż għal persuni b’diżabilità. Bħala parti mix-xogħol inbniet ukoll loġġa b’faċilitajiet sanitarji, filwaqt li ġew introdotti ukoll żoni ta’ mistrieħ u qari.

Grazzi għal dan ix-xogħol, sit li kien moħbi u mhux aċċessibbli għall-pubbliku nbidel fi spazju miftuħ ta’ kwalità għall-komunità.

L-għan wara dan il-proġett huwa li jgħaqqad il-ħajja tradizzjonali f’Ħal Lija, fejn ir-residenti, b’mod speċjali l-anzjani, għadhom bi tradizzjoni li joħorġu fit-triq biex jissoċjalizzaw. Għalhekk dan il-ġnien ġie ddisinjat bħala spazju fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu, jirrilassaw u jinteraġixxu.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-park huwa miftuħ il-ġurnata kollha

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.
Skip to content