Ġnien l-Istazzjon jinsab fi Triq il-Ġonna. Kull min Iżur dan il-ġnien jista’ jagħmlu użu mil-Librerija Pubblika u ċ-Ċentru Kulturali, Edukattiv u ta’ Informazzjoni. F’dan il-ġnien wieħed isib ukoll replika ta’ ferrovija magħmula mill-kartun fejn kulħadd jista’ jara dan il-mudell waqt li l-ġnien huwa miftuħ. F’dan il-ġnien it-tfal jistgħu jiġru u jieħdu gost fil-bandli f’ post sigur li għandu wkoll faċiltatijiet pubbliċi.