Ġnien tal‑Fuklar

Sit li qabel ma kienx jintuża u mimli konkrit, għal ġnien pubbliku li jsaħħaħ il-kwalità tal-ambjent tal-madwar.

Faċilitajiet

  • Bankijiet
  • Passaġġi Aċċessibbli

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Miżmum minn

Ħinijet ta’ Ftuħ

Il-park huwa miftuħ il-ġurnata kollha

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Il-proġett trasforma sit li qabel ma kienx jintuża u kien mimli konkrit f’ġnien pubbliku li jsaħħaħ il-kwalità tal-ambjent tal-madwar. Ġnien tal-Fuklar tejjeb il-kundizzjonijiet ambjentali filwaqt li ħoloq spazju li huwa faċilment aċċessibbli għall-komunità lokali

Ix-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni kienu bbażati fuq il-prinċipji ta’ responsabbiltà ekoloġika u użu fit-tul. Is-siġar u l-arbuxxelli kollha eżistenti ġew ippreservati biex jinżamm il-valur ekoloġiku ta’ dan il-ġnien. Kif ukoll tħawlu mal- 25 siġra u 283 arbuxxella.

Żewġ ġonna oħra eżistenti ġew konnessi ma’ dan il-ġnien permezz ta’ pavimentar Porfido, u b’hekk tejbu l-passaġġ għall-persuni li jkunu qed jagħmlu l-mixja tagħhom. Karatteristiċi addizzjonali bħall-gazebo u strutturi tal-kannizzati jappoġġjaw it-tkabbir tal-pjanti u jipprovdu żoni għad-dell fejn jiltaqgħu n-nies.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijet ta’ Ftuħ Fis-Sajf

Il-park huwa miftuħ il-ġurnata kollha

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.
Skip to content