Ġnien Tony Bezzina

Spazju miftuħ li kien abbandundunat ġie rijabilitat u msemmi għal President tal-Hibernianas Tony Bezzina

Faċilitajiet

  • Bankijiet
  • Passaġġi Aċċessibbli
  • Toilets

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-park huwa miftuħ il-ġurnata kollha

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Ġnien Tony Bezzina f’Raħal Ġdid, proġett ta’ riġenerazzjoni urbana fil-qalba ta’ din il-lokalità. Dan il-proġett wassal għat-trasformazzjoni ta’ żona ta’ madwar 2,600 metru kwadru fi spazju modern u aċċessibbli għall-komunità, li jinkludi l-ewwel skatepark f’Malta iddisinjata professjonalment skont standards Ewropej, ġnien pubbliku u playground għat-tfal. L-ispazju huwa mgħammar ukoll b’diversi faċilitajiet fosthom bankijiet u passaġġi pedonali, b’sistema ta’ dawl adegwata kif ukoll faċilitajiet oħra pubbliċi. Il-proġett jinkludi wkoll element importanti ta’ sostenibbiltà ambjentali. Ġibjun li ġie integrat fid-disinn tal-ġnien ser jintuża biex jipprovdi ilma għall-irrigazzjoni, filwaqt li pannelli solari ser ikunu qed jipprovdu parti mill-enerġija biex tiddawwal iż-żona.Il-ġnien huwa ddedikat lil Tony Bezzina, eks President ta’ Hibernians FC u persuna magħrufa u rispettat f’Raħal Ġdid. Fil-ġnien tpoġġa wkoll bust tiegħu bħala tifkira tal-kontribut tiegħu lejn il-komunità u l-isport lokali.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-park huwa miftuħ il-ġurnata kollha

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.
  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.
  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.
  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.
  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.
Skip to content