Ġnien Zaylen

Faċilitajiet

  • Bandli Aċċessibbli
  • Bankijiet
  • Passaġġi Aċċessibbli

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Miżmum minn

Ħinijet ta’ Ftuħ

Monday12:30 pm - 7:00 pm
Tuesday12:30 pm - 7:00 am
Wednesday12:30 pm - 7:00 pm
Thursday12:30 pm - 7:00 pm
Friday12:30 pm - 7:00 pm
Saturday7:00 am - 7:00 pm
Sunday9:00 am - 7:00 pm

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.

 

  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.

 

  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.

 

  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.

 

  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Ġnien Zaylen huwa spazju miftuħ ta’ madwar 5,500 metru kwadru biswit iċ-Ċentru tas-Servizzi ta’ Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport f’Raħal Ġdid. Dan il-ġnien huwa imsemmi b’tifkira ta’ tifel li tilef ħajtu traġikament li issa ġiet trasformat fi spazju aħdar, inklużiv u terapewtiku. Bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Awtiżmu ta’ Malta 2021 – 2030, hekk kif dan il-ġnien qed jippromovi l-inklużjoni, aktar għarfien ambjentali u interazzjoni soċjali. L-ispazju ġie mgħammar ukoll b’tagħmir interattiv għal-logħob biex jippromwovi logħob attiv u żvilupp sensorjali għal min jagħmel użu
minnhom. F’dan il-ġnien saru wkoll kaxxi mgħollija kif ukoll bankijiet biex it-tħawwil ikun aktar aċċessibbli u jsir b’mod iktar faċli. Saru wkoll żoni kwieti biex wieħed ikun jista’ jirrilassa, u passaġġi sensorjali, pjanti aromatiċi u elementi oħra li joffru esperjenza aktar terapewtika. Fost il-faċilitajiet rikreattivi hemm pitch tal-boċċi, li jgħin fl-iżvilupp ta’ ħiliet u sport inklużiv. Ġie mtejjeb ukoll il-kamp tal-basketball eżistenti biex jinkoraġġixxi l-użu bejn l-utenti tas-servizz u l-komunità, u b’hekk jippromwovi interazzjoni soċjali aktar b’saħħitha.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijet ta’ Ftuħ Fis-Sajf

Monday12:30 pm - 7:00 pm
Tuesday12:30 pm - 7:00 am
Wednesday12:30 pm - 7:00 pm
Thursday12:30 pm - 7:00 pm
Friday12:30 pm - 7:00 pm
Saturday7:00 am - 7:00 pm
Sunday9:00 am - 7:00 pm

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.

 

  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.

 

  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.

 

  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.

 

  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.
Skip to content